Sunday, December 22, 2024

Pitass Racing team b’suċċessi fl-Off Road fil-Portugall

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll


Mil-Ġimgħa, 30 ta’ Settembru sal-Ħadd, 2 ta’ Ottubru, il-Pitass Racing Team, kompost minn Alan Zahra u Brandon Muscat, ikkompetew fil-Graf Adventure Series f’Magualde fir-Reġjun Ċentrali tal-Portugall. Zahra u Muscat spiċċaw b’żewġ podji, l-ewwel għax spiċċaw it-tieni fil-klassi tagħhom u l-ieħor għax spiċċaw it-tielet fost il kompetituri kollha.

Ferħana bir-riżultat, Zahra u Muscat saqu 237 kilometru it-Tramuntana biex ikunu fil-ħin għall-avveniment tal-off-road ieħor bl-isem King Of Portugal li se jsir fi tmiem din il-ġimgħa f’Vimioso.

F’Vimioso, Pitass Racing Team se jiltaqa’ ma’ Nusu Racing Team, kompost min-Neville u Lee Ciantar. Is-sena li għaddiet Neville u Lee spiċċaw it-tellieqa prestiġjuż King of Portugal fit-tieni post tal-Klassi Unlimited, l-akbar klassi fil-kompetizzjoni.

Ekonomija

Sport