Ir-reġistrazzjoni ta’ interess tibda t-Tlieta, 17 ta’ Frar fil-11am (ħin lokali) fuq www.eventworks.mt/pitbull u tagħlaq il-Ħamis, 19 ta’ Frar fil-11am (ħin lokali).
Dawk irreġistrati fil-lista ta’ interess se jkollhom aċċess bikri għall-biljetti nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Frar fid-09am (ħin lokali). Il-bejgħ ġenerali tal-biljetti jibda nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Frar fil-11am (ħin lokali) fuq www.eventworks.mt/pitbull
Malta qed tħejji ruħha għal wieħed mill-akbar avvenimenti tas-sajf hekk kif greatt u NnG Promotions jikkonfermaw li s-superstar globali Pitbull se jġib l-ispettaklu live tiegħu fil-Park Nazzjonali Ta’ Qali fit-2 ta’ Awwissu 2026, flimkien mal-mistieden speċjali Lil Jon.
Magħruf mad-dinja kollha bħala Mr. Worldwide, Pitbull iddomina l-klassifiċi u d-‘dance floors’ b’katalgu ta’ ‘hits’ li ddefinixxew era, fosthom Give Me Everything, Timber, Fireball, Don’t Stop the Party, Rain Over Me, u Time of Our Lives.
Il-wirjiet tiegħu huma ċċelebrati globalment għall-enerġija bla waqfien, l-interazzjoni mal-udjenza, u produzzjoni ta’ skala kbira li saħansitra imlew ‘stadiums’. Lil Jon, il-leġġendarju hype-master u l-vuċi wara innijiet ikoniċi bħal Turn Down for What u Get Low, jingħaqad ma’ Pitbull f’din il-lejla, u jiggarantixxi atmosfera elettrifikanti u ta’ intensità għolja mill-bidu sat-tmiem.
L-ispettaklu f’Malta jwiegħed esperjenza awdjoviżiva spettakolari b’viżwali impressjonanti, effetti pirotekniċi splussivi, u l-istil ta’ ‘performance’ uniku ta’ Pitbull. Appoġġjat mill-band live tiegħu The Agents u ż-żeffiena The Most Bad Ones, dawk li ser jattendu jistgħu jistennew ċelebrazzjoni bla waqfien ta’ mużika, ritmu, u enerġija pura ta’ ‘party’.
L-aktar tour riċenti ta’ Pitbull, I’m Back, mhux biss biegħ arenas sħaħ iżda wkoll qanqal fenomenu virali fost il-partitarji, b’eluf ta’ persuni jilbsu ‘bald caps’ u li jsejħu lilhom infushom “The Bald E’s.” Dan il-moviment divertenti ħakem is-social media u sar parti mill-esperjenza unika tal-kunċerti ta’ Pitbull. Fit-2 ta’ Awwissu, din l-enerġija globali ser tasal ukoll f’Malta.
Dan mhux biss kunċert, din hija ċelebrazzjoni fuq skala sħiħa.
Il-prezzijiet tal-biljetti huma kif ġej:
General Standing: €60
VIP Standing: €100
General Seated: €150
VIP Seated: €200
Accessibility: €60 (Biljett validu għad-detentur u helper)
DWAR PITBULL
Armando Christian Pérez, magħruf globalment bħala Pitbull, huwa ‘superstar’ internazzjonali rebbieħ tal-GRAMMY®, ambaxxatur tal-edukazzjoni, intraprenditur u ‘motivational speaker’ li jinkoraġġixxi l-kreattivita’ fuq skala globali. B’biljuni ta’ streams, flimkien ma’ mijiet ta’ diski tad-deheb u tal-platinu, il-karriera tiegħu hija waħda mill-aktar impressjonanti fl-istorja tal-mużika.
Il-grito (għajta) distintiva tiegħu “EEEEEEEYOOOOOO” huwa wieħed minn 40 sound trademarks protetti mill-U.S. Paten and Trademark Office (USPTO). Lil hinn mill-mużika, Pitbull bena portafoll kummerċjali divers u li qed jespandi. Huwa waqqaf it-tikketta Mr. 305, il-marka Voli 305 Vodka, u nieda Globalization, kanal fuq SiriusXM li jxandar hits ritmiċi globali.
Riċentement, għamel ‘headline’ meta ssieħeb ma’ Florida International University (FIU) biex l-istadium tal-futbol jinbidel għal “Pitbull Stadium”, l-ewwel venue sportiv fl-Istati Uniti li jġib isem artist. Pitbull huwa wkoll promotur passjonat tal-edukazzjoni. Huwa ko-fundatur ta’ SLAM! (Sports Leadership Arts Management), network ta’ skejjel ‘charter’ pubbliċi bla ħlas, rikonoxxut globalment bħala organizzazzjoni edukattiva ewlenija, li bħalissa sservi aktar minn 10,000 student f’14-il skola fl-Istati Uniti.
Fl-2024, Pitbull ingħaqad mal-leġġenda rock Bon Jovi fil-kanzunetta qawwija “Now or Never,” li ħalltet il-ħoss enerġetiku tiegħu mal-istil rock ‘anthemic’ ta’ Bon Jovi. Il- kollaborazzjoni mhux mistennija kisbet suċċess globali, u għal darb’oħra wriet il-ħila tiegħu li jaqsam bejn ġeneri u ġenerazzjonijiet.
Fl-2025, Pitbull nieda ‘tour’ Ewropew, li mela arenas madwar il-kontinent u attira folol enormi – inkluż fenomenu virali ta’ partitarji liebsin ‘bald caps’ li jsejħu lilhom infushom “The Bald E’s,” f’ġieħ id-dehra ikonika tiegħu. Dan il-moviment ħakem is-social media, jiċċelebra l-immaġni distintiva ta’ Pitbull b’umoriżmu, kreattività u sens ta’ għaqda.
Bla ebda sinjal ta’ tnaqqis, Pitbull qed ikompli t-tour globali tiegħu, bl-Awstralja bħala l- waqfa li jmiss f’dan il-vjaġġ dinji. Pitbull jibqa’ jimbotta l-limiti u jispira miljuni madwar id-dinja, iħalli impatt kulturali profond u jsaħħaħ wirt li jinfirex fuq id-divertiment, in-negozju u l-edukazzjoni.
Għal aktar minn għaxar snin, il-kliem “YEAHHH,” “OKAYY,” u “WHATTT” huma sinonimi mal-artist multi-platinum u rebbieħ tal-Grammy, Lil Jon. Huwa wieħed mill-aktar figuri prominenti fil-mużika u fil-pop culture, fejn eżebixxa lili nniffsu quddiem mijiet ta’ eluf ta’ partitarji flimkien ma’ Usher & Ludacris, Afrojack, Steve Aoki, Pitbull, TLC (fuq FOX’s American Idol), Becky G, Offset, LMFAO, Too $hort u E-40, fost oħrajn.
Magħruf l-aktar għar-rwol tiegħu fil-ħolqien u l-popolarizzazzjoni tal-moviment u l-istil tas- ‘Southern Movement’ magħruf bħala Crunk, Lil Jon ippreżenta sensiela ta’ hits reġjonali fis-snin 90 ma’ The East Side Boyz, li eventwalment saru forza nazzjonali fl-2001 grazzi għall-kanzunetti “Bia Bia” u “Put Yo Hood Up.” L-albums ikoniċi tagħhom jinkludu We Still Crunk!, Put Yo Hood Up, Kings of Crunk u Crunk Juice.
Lil Jon għandu lista estensiva ta’ produzzjonijiet li saru diski ‘Platinum’, fejn ħadem fuq hits innovattivi għal artisti varji bħal E-40, Usher, Ciara, The Ying Yang Twins, Ice Cube u oħrajn. Huwa kkollabora wkoll ma’ will.i.am, Miley Cyrus, Britney Spears, Bret Michaels, Travis Barker, Jennifer Lopez, Machine Gun Kelly, DJ Snake u ħafna oħrajn.
Bħala artist, biegħ miljuni ta’ diski bħala l-frontman ta’ Lil Jon & The East Side Boyz, li l-hits tagħhom “Get Low” u “What U Gon’ Do” jibqgħu fost l-akbar ‘crossover’ records tal-ġeneru hip-hop. Is-suċċess kontinwu tiegħu ġablu armata ta’ partitarji minn Los Angeles sa New York, sal-Midwest u naturalment ir-reġjun nattiv tiegħu.
Lil Jon dar id-dinja bħala DJ, b’wirjiet f’diversi pajjiżi fosthom Franza, Ġermanja, Korea t’Isfel, iċ-Ċina, l-Indja, Dubai, Londra, il-Messiku u l-Awstralja. Huwa rebaħ żewġ BMI Songwriter of the Year Awards, ħdax-il Billboard Award, Grammy, Radio Music Award, BET Award, żewġ MTV Video Music Awards, u American Music Award.

