Fil-Knisja tal-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far, ġiet inawgurata pittura ġdida tal-Aħħar Ċena, xogħol Giuseppi Giusti minn Bormla. Il-fjuri li jikkumplimentaw din il-pittura għamilhom refuġjat mill-Pakistan.
Patri Dijonisju Mintoff, li jmexxi l-Laboratorju tal-Paċi, sostna ma’ dan il-ġurnal li din il-pittura twassal il-veru messaġġ għal dawn iż-żminijiet, illi fiċ-ċentru għandu jkun hemm l-Ewkaristija filwaqt li bil-qsim tal-ħobż tibqa’ tidher l-imħabba ta’ Alla bniedem.