Monday, December 23, 2024

Pjan ta’ riġenerazzjoni ħolistika fiż-żona ta’ Bugibba

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Iż-żona ta’ Bugibba, San Pawl il-Baħar u l-Qawra hija waħda turistika li f’dawn l-aħħar snin saret anke residenzjali b’popolazzjoni tkun waħda mill-akbar f’Malta. Il-ħtiġijiet tagħha huma varji u fost dawn hemm dawk tar-riġenerazzjoni u tisħiħ tat-toroq. 

Proprju fir-rigward, fil-Parlament, il-Ministru tat-Turiżmu, Clayton Bartolo, ħabbar li nbeda l-proċess li bih għandu jwassal għal pjan ta’ riġenerazjoni ħolistika. Il-pjan imsemmi mill-Ministru Bartolo se janalizza d-diversi ħtiġijiet ta’ dawn it-tliet lokalitajiet, inkluż proġetti infrastrutturali.

Din iż-żona ssemmiet ukoll mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, Miriam Dalli, li min-naħa tagħha ħabbret investiment ta’ €2.7 miljun biex ikun żgurat li tintlaħaq iż-żieda fid-domanda għal pressa tal-ilma f’Buġibba u l-Qawra b’mod partikolari Triq it-Turisti.

F’risposta parlamentari l-Ministru Dalli qalet li f’dawn l-aħħar sitt xhur it-toroq ir-rapporti ta’ pressjoni baxxa li waslu għand il-Korporazzjoni kienu: Triq Paderborn, Triq Andrew Cunningham , Triq il-Ġifen, Triq il-Qwiebi, Triq San Ignazju, Triq San Massimiljanu Kolbe, Triq it-Turisti, Triq l-Ankri, Triq Gulju, Triq it-Tamar, Triq il-Ħġejjeġ. Dawn ir-rapporti ġew indirizzati fi żmien qasir.

Hija tat id-dettalji tal-proġett strateġiku fir-rigward li jikkonsisti fit-tkabbir ta’ mejn prinċipali bejn il-ġibjun tan-Naxxar u Buġibba, b’investiment ta’ €2.7 miljun fejn spjegat li, “dan il-proġett se jassigura li ż-żieda fid-domanda fl-inħawi msemmija tintlaħaq b’mod konsistenti u b’inqas interventi operattivi”.

Ekonomija

Sport