It-tilqim kontra l-influwenza se jkompli fit-tieni nofs ta’ Novembru. Qal dan id-Deputat M=Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’kummenti li ta lill-ġurnalisti llum.
Fearne qal li l-intenzjoni tal-Gvern kienet li l-ewwel ilaqqam lil 100,000 persuna, proċess li tlesta fi żmien ġimgħa. L-ewwel batch ta’ vaċċini kontra l-influwenza sar disponibbli għall-pubbliku fil-11 ta’ Ottubru li għadda.
Persuni b’mard kroniku, li għandhom ’il fuq minn 55 sena, u tfal taħt il-ħames snin ingħataw prijorità biex jiġu mlaqqma.
Intant it-tieni batch ta’ vaċċini, li tinsab ordnata, hija maħsuba li tkun disponibbli għall-popolazzjoni kollha.
Fearne qal li l-intenzjoni tal-Gvern huwa li jiġu mlaqqma 100,000 persuna oħra bejn Novembru u Diċembru.
Qal li s-sena li għaddiet tlaqqmu mad-90,000 persuna, bin-numru ta’ persuni li din is-sena rċevew il-vaċċin diġà huwa aktar mill-2019.
Qal li b’kollox mal-250,000 persuna se jiġu mlaqqma kontra l-influwenza.