Saturday, December 21, 2024

Pjani ġodda b’rabta mal-Covid-19… qed tissemma r-raba’ doża

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’għadd ta’ pajjiżi, anki f’pajjiżi Ewropej qed jerġa’ jkun hemm żieda fl-ammont ta’ każi ġodda ta’ Covid19. Dan qed isir l-aktar minħabba l-fatt li l-varjant Delta inbidel biex issa hemm varjant ieħor imsejjaħ ‘Delta Plus’ li jittieħed b’mod aktar faċli mill-varjant Delta. Quddiem dan u wara analiżi tas-sitwazzjoni bdew sejħiet biex tiġi amministrata ir-raba’ doża tat-tilqima.

Din is-sejħa tar-raba’ doża tat-tilqima bdiet issir f’Iżrael, il-pajjiż li tista’ tgħid li kien l-ewwel fid-dinja li laqqam il-popolazzjoni tiegħu. 

Kien il-Professur Salman Zarka, li hu l-Uffiċjal Ewlieni responsabbi mill-Covid19 f’Iżrael li ddikjara bla tlaqlieq li “Iżrael għandu jibda l-preparamenti biex jamministraw ir-raba’ doża tat-tilqima”.  Għalkemm hu ma’ indika l-ebda żmien meta dan irid isir, iddikjara li hemm bżonn li tingħata it-tieni booster

Il-Professur Zarka qal li “l-virus qiegħed hawn u jidher li se jibqa’ hawn u għalhekk hemm bżonn li nippreparaw għar-raba’ doża.”

Irid jingħad li proprju fil-bidu ta’ Awwissu, Iżrael kien l-ewwel pajjiż fid-dinja li beda joffri it-tilqima ta-booster. Fl-aħħar jiem, Iżrael beda jesperjenza żieda fl-infezzjonijiet tal-Covid19, fejn bħalissa qed ikun hemm madwar 10,000 każ ġdid ta’ Covid19 kuljum f’Iżrael. 

F’Iżrael, il-Professur Zaka qed jindika biċ-ċar li jista’ jkun hemm bżonn tilqima kul sena jew waħda kull sitt xhur kontra l-Covid.  Hu spjega li “meta tara il-varjanti li qed ikun hemm, u ż-żmien ta’ kemm isservi it-tilqima f’dik li hi effettività, jindika li se jkun hemm bżonn aktar tilqim kull ammont ta’ xhur”.

Ekonomija

Sport