Wednesday, June 4, 2025

PL Balzan jirbħu l-Community League tal-Blackball

Aqra wkoll

PL Balzan rebħu l-Community League tal-Blackball meta f’logħba intensa u ferm bilanċjata huma għelbu lil San Ġwann Tiki Taka C 13-11.

Il-partita kienet bilanċjata fejn il-vantaġġ beda jalterna minn tim għall-ieħor sabiex l-iskor kien dak ta’ 10-10. Kien hawn li kellha tinfetaħ il-ħames kaxxa u eventwalment kienu l-Balzanin li ħadu r-rebħa finali.

It-tim kien kompost minn Michael Farrugia, Joe Camilleri, Gaetano Camilleri, Emerson Camilleri, Peter Schembri, Marcel Micallef, Steven Spiteri u Charles Dingli. Ir-referee kien Nathaniel Palmer.

Illum tintlagħab it-tielet finali li hi waħda mistennija miċ-Cisk Premier League hekk kif Ħamrun 147 A jilagħbu kontra Cospicua Rangers.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport