Saturday, November 9, 2024

Play-off tat-TTD: Il-Portugall jitilfu lill-goalkeeper Anthony Lopes

Aqra wkoll

Il-Portugall tilfu player ieħor għall-play-offs tat-Tazza tad-Dinja, hekk kif il-goalkeeper Anthony Lopes jinsab imweġġa’, u għalhekk Rui Patricio ta’ Roma għada se jibda kontra t-Turkija.

Ir-rebbieħa ta’ din il-partita mbagħad se jiffaċċjaw lill-Italja jew lill-Maċedonja ta’ Fuq fil-finali għal post fit-Tazza tad-Dinja tal-2022 it-Tlieta li ġej filgħaxija.

Mhux l-Italja biss qed tissielet ma’ kwis­t­jonijiet ta’ players mhux f’sikkithom fiżikament, għaliex il-coach tal-Portugall, Fernando Santos, ukoll ġie mġiegħel jagħmel tibdil fl-iskwadra tiegħu.

L-aħħar assenza huwa l-goalkeeper ta’ Lyon, Lopes, u għalhekk Jose Sa ġie msejjaħ mingħand Wolves u għalhekk Rui Patricio ta’ Roma, huwa garantit li se jilbes l-ingwanti.

Qatt m’hija kwistjoni ta’ esperjenza, hekk kif Rui Paticio għadu kemm għalaq 34 sena u għandu 102 logħbiet wara ismu.

Renato Sanches u Ruben Dias diġà ma setgħux jattendu wara injuries fil-livell tal-club, filwaqt li Ruben Neves ta’ Wolves kif ukoll u d-difensur veteran Pepe rriżultaw pożittivi għal Covid-19.

Sport