Player li jilgħab fil-Kampjonat Ġermaniż ġie arrestat mill-pulizija f’Ibiza fuq suspett li stupra tfajla Spanjola.
Dan il-player ta’ 25 sena nżamm flimkien ma’ raġel tal-istess età wara li ż-żagħżugħa ta’ 18-il sena rrapportat li kienet ġiet attakkata sesswalment f’villa, f’San Jose.
Sorsi qalu li din it-tfajla kienet iddaħħlet l-isptar wara l-inċident li sofriet ukoll minn ġrieħi.
Il-pulizija mill-ewwel bdiet bl-investigazzjoni tagħha biex iż-żewġ persuni jitressqu l-qorti b’urġenza.
Is-seduta bil-bibien magħluqa se ssir biex jiġi deċiż jekk għandhomx jingħataw il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu sakemm tkun għaddejja investigazzjoni kriminali jew jinżammu taħt arrest preventiv.
Il-player arrestat għadu kif ġedded l-kuntratt eżistenti mal-club tiegħu, wieħed mill-aktar clubs ta’ suċċess tal-Ġermanja … fejn rebaħ għadd ta’ kampjonati!!