Sunday, December 29, 2024

Player irxuxtat wara li “miet” għal ftit minuti

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ AEK Athens li huwa misluf lil Zorya Luhansk, Oleh Danchenko, ġie rxuxtat wara li “miet” għal ftit minuti. 

Dan il-player ta’ 28 sena kien f’kamp ta’ taħriġ flimkien mal-iskwadra fejn seħħ l-inċident. 

Danchenko, li lagħab fiċ-Champions League ma’ Shakhtar Donetsk, waqa’ mal-art u sofra minn attakk ta’ qalb hekk kif l-istaff mediku ġrew biex jgħinuh hekk kif fuq il-post kien hemm defibrillatur. 

Dan deher li ma kien qed jaħdem minħabba li Danchenko deher “mejjet” mingħajr ma beda jiċċaqlaq jew inkella kellu xi forma ta’ rispons. 

Iżda b’mod mirakoluż, l-istess player deher jiċċaqlaq fejn ittieħed b’urġenza lejn l-isptar. 

Dan l-inċident li sofra Danchenko wara sena biss wara li mara tiegħu, Viktoria, kienet mietet b’ħabta bil-karozza fl-etá ta’ 27 sena. 

Ekonomija

Sport