Friday, November 15, 2024

Players femminili jirrifjutaw li jilagħbu mat-team nazzjonali Spanjol

Aqra wkoll

Fi Spanja qam każ xi ftit jew wisq stramb hekk kif 15-il player li jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali tan-nisa mhux se jwieġbu għas-sejħa li jilagħbu għal pajjiżhom.

Dan kollu beda hekk kif l-istess players femminili qed jitolbu għar-riżenja tal-coach Jorge Vilda minħabba li qed jakkużawh li mhux qed jippjana sew il-logħob ta’ ħbiberija u li l-metodu ta’ taħriġ tiegħu hu ferm kiefer tant li l-players qed iweġġgħu malajr.

Minkejja li l-captain tat-team tkellmet mal-federazzjoni tal-football Spanjola, donnu l-ilmenti tagħha waqgħu fuq widnejn torox. Kien għalhekk li dawn il-15-il player ħarġu fuq strajk mit-team nazzjonali ta’ pajjiżhom.

Ekonomija

Sport