Players ta’ Manchester United ilmentaw dwar il-metodi ta’ taħriġ tal-manager temporanju, Ralf Rangnick, f’Old Trafford.
Il-manager Ġermaniż ingħaqad ma’ Manchester United fuq bażi temporanja lura f’Novembru li għadda wara t-tkeċċija ta’ Ole Gunnar Solskjaer, u s’issa kellu żmine mimli tlugħ u nżul fit-tmexxija tal-club.
Rangnick mexxa 12-il partita matul il-mandat tiegħu, tilef darba fil-Premier League, filwaqt li safa eliminat mill-FA Cup minn Middlesbrough wara l-għoti tal-penalties.
Il-prestazzjonijiet ta’ Manchester United bla dubju baqgħu taħt l-istandards mistennija fir-Red Devils, u issa, huwa mifhum li xi players tal-United qed jiddubitaw il-metodi tal-manager tagħhom fit-taħriġ.
Xi membri tal-iskwadra huma konfużi għaliex l-assistant manager Chris Armas imexxi l-biċċa l-kbira tas-sessjonijiet, kif ukoll il-metodi ‘antikwati’ ta’ Rangnick meta jinvolvi ruħu.
Aktar dettalji jissuġġerixxu li xi wħud mhumiex kuntenti bl-ammont ta’ fokus li qed jitqiegħed fuq il-ħiliet organizzattivi u l-għamla tagħhom.
Wara d-draw ta’ 1-1 kontra Burnley f’nofs il-ġimgħa, Manchester United se jkunu qed jiffaċċjaw lil Southampton f’Old Trafford illum is-Sibt wara nofsinhar.