Tuesday, December 24, 2024

Plejer Taljan bi ġrieħi f’dahru u kiser kustilja f’ħabta ma’ tramm f’Ruma

Aqra wkoll

Il-Captain ta’ Lazio Ciro Immobile spiċċa l-Isptar bi ġrieħi f’dahru u fil-kustilji wara li kien involut f’inċident bil-karozza f’Ruma.

Stqarrija maħruġa mill-klabb ikkonfermat li l-attakkant ta’ 33 sena kien qiegħed jiġi eżaminat fl-Isptar Gemelli f’Ruma. Dan wara li l-midja barranija fl-aħħar sigħat ippubblikat ritratti tal-inċident li fih jidher tramm u Land Rover SUV – li ġarrbet ħsarat estensivi – li qiegħed ikun irrappurtat li hija tal-plejer ta’ Lazio.

“Il-kundizzjoni tal-plejer hija tajba. Huwa jinsab taħt osservazzjoni wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. Skont rapporti jidher li huwa sofra ġrieħi fl-ispina ta’ dahru u ksur fil-kustilji tan-naħa tal-lemin”, qalet l-istqarrija.

Il-Ġimgħa filgħaxija Immobile lagħab u skurja biex għan lil Lazio jsaħħu t-tieni post fis-Serie A b’rebħa ta’ 3-0 fuq Spezia.

Ekonomija

Sport