Wara d-draw diżappuntanti ta’ 1-1 li l-Brażil kellhom kontra l-Venezwela mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja 2026, il-ġurnali tal-pajjiż xejn ma kienu ħanina mal-plejers Verdeoro speċjalment wara l-wirja li taw, f’logħba li fuq il-karta kellhom jirbħuha.
Fost kulħadd spikka fin-negattiv id-difensur Danilo li ngħata vot ta’ 5 fejn għal aktar minn darba ma kienx konsistenti fil-qalba tad-difiża.
Plejers oħrajn bħal Richarlison, Ederson u Marquinhos ukoll ma kinux tajbin bil-kritiċi Brażiljani li ħeġġu lill-plejers juru aktar grinta speċjalment meta ġejjin konfronti iebsin kontra l-Urugwaj, l-Arġentina u l-Kolombja.