Campbell, Wikstrom, u Zivkovic onorati għal prestazzjonijiet eċċellenti
Il-Bank of Valletta, b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball, ħabbar il-Plejers tax-Xahar tal-BOV għal Diċembru fl-Ewwel Diviżjoni tal-Irġiel tal-BOV, l-Ewwel Diviżjoni tan-Nisa, u l-BOV Amateur League. BOV. Il-premjijiet jiċċelebraw il-prestazzjonijiet eċċezzjonali minn Eugene Campbell (Valletta), Olivia Wikström (Luxol), u Niksa Zivkovic (Depiro Hoops).
Ernest Agius, Uffiċjal Kap tal-Operazzjonijiet fil-Bank of Valletta, ippreżenta t-trofej magħmulin apposta lit-tliet rebbieħa.
Il-guard ta’ Valletta ta’ 30 sena u 190 ċm, Eugene Campbell, ħalla impatt immedjat b’sensiela ta’ prestazzjonijiet qawwija. Matul Diċembru, huwa lagħab medja ta’ 39.37 minuta kull logħba u skorja 103 punti fi tliet logħbiet, u b’hekk sar l-aqwa skorer tal-kampjonat għax-xahar. Il-kapaċità tiegħu li jiġbed 6.67 fouls kull logħba, flimkien mal-logħob atletiku tiegħu, is-saħħa tal-iskorjar, u leadership fil-courtstabbilixxewh sew bħala wieħed mill-plejers ġodda li spikkaw fid-diviżjoni. Il-kowċ ta’ Valletta Harry Savaya aċċetta l-unur f’isem Eugene Campbell li ma kienx disponibbli ghal din il-preżentazzjoni.
Olivia Wikström ta’ Luxol rebħet it-tieni unur tagħha ta’ BOV Player tax-Xahar tal-istaġun wara serje oħra ta’ prestazzjonijiet dominanti. Hija kisbet l-akbar numru ta’ punti, b’96 punt fi tliet logħbiet, kellha l-aktar ammont ta’ steals u fouls fuqha, flimkien ma’ 15-il rebound u 3.70 assists kull logħba. L-effiċjenza tagħha fit-tiri, 73% mil-linja tal-free throws u 48% mid-distanza, enfasizzat l-influwenza ġenerali tagħha u r-rwol ċentrali tagħha fis-suċċess kontinwu ta’ Luxol.
Nikša Živković ta’ Depiro Hoops, li rebaħ il-BOV Fair Play Award tal-istaġun li għadda, kiseb it-titlu tal-BOV Amateur League Player tax-xahar wara li ta kontribuzzjonijiet konsistenti u affidabbli. Huwa kiseb medja ta’ 16-il punt kull logħba għal total ta’ 48 fi tliet logħbiet u kellu 77% mil-linja tal-freethrows. L-effiċjenza, il-kalma tiegħu, u l-mentalità tat-tim l-ewwel tiegħu jkomplu jagħmluh figura importanti għal Depiro Hoops.
Il-BOV Player of the Month Awards jirrikonoxxu prestazzjoni eċċezzjonali, sportività, u impatt pożittiv fuq l-isport. Il-Bank of Valletta jibqa’ impenjat li jappoġġja u jiżviluppa l-komunità tal-basketball Maltija filwaqt li jiċċelebra atleti li jinkorporaw dedikazzjoni u eċċellenza.

