Tuesday, December 24, 2024

“PN tal-passat kontra kollox u kulħadd; jattakka pakkett ta’ €70 miljun għall-familji” – PL

Aqra wkoll

Wara li dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar pakkett ta’ stimolu ekonomiku ta’ €70 miljun investiment fin-nies, il-Partit Laburista nnota kif il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech qed jattakka dan il-pakkett.

Fi stqarrija, il-PL qal li hekk jagħmel min jaddotta politika tal-passat u jkun negattiv. 

Il-Partit Laburista żied jgħid li l-problema li għandu l-Partit Nazzjonalista hi li minbarra li hu negattiv, mhuwiex kredibbli. 

Il-PL qal: “Dawn is-€70 miljun jingħaqdu mal-kważi €700 miljun f’wage supplement investit fin-negozji u l-ħaddiema, il-madwar €100 miljun f’vouchers u għadd kbir ta’ inizjattivi oħra fosthom dawk fil-budget approvat ilbieraħ.”

Żied jgħid li l-ironija hi li dawn huma kollha inizjattivi li l-Kap tal-Oppożizzjoni sejħilhom tberbiq ta’ flus. 

Qal ukoll li ironija ikbar hi li meta l-Partit Nazzjonalista għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta biss ħames bozoz. 

“Illum il-gvern żamm stabbli l-prezzijiet tal-enerġija u kompla jinvesti fin-nies. Id-differenza fit-tmexxija qatt ma kienet ċara daqs illum,” qal il-Partit Laburista.

Ekonomija

Sport