Il-kowċ attwali tat-tim nazzjonali tal-Istati Uniti Mauricio Pochettino ammetta li għadu jara l-logħbiet kollha li l-eks klabb tiegħu Tottenham Hotspur jilagħbu kemm fil-kampjonat Premier Ingliż kif ukoll fil-kompetizzjonijiet Ewropej tal-klabbs.
Pochettino qal li xi kultant iħossu mdejjaq li The Spurs qed isibuha diffiċli jimponu l-logħob tipiku tagħhom matul dan l-istaġun u semma’ kemm il-kowċ attwali Ange Postecoglou kapaċi jdawwar ir-rota.
Mistoqsi jekk xi darba jikkunsidrax jidħol lura fit-tmexxija, Pochettino qal li ma jgħidx le għax Tottenham għadu klabb ferm għal qalbu.