“Din x’għamlet? Għalfejn inqatlet? X’għamlitilhom lir-Russi?”. Dawn huma fost id-dikjarazzjonijiet li saru fl-aħħar sigħat minn għadd kbir ta’ persuni, hekk kif sar magħrufa li tifla ta’ seba’ snin bl-isem ta’ Polina flimkien mal-ġenituri tagħha inqatlu fil-majjistral ta’ Kiev wara li sparaw fuqhom ir-Russi.
Fil-karozza magħhom, kien hemm żewġt itfal oħra u dawn ġew feruti gravi ukoll.
Il-Ministru għas-Saħħa Ukren, Viktor Lyasho, f’kumment li għamel qal li mindu bdiet l-invażjoni Russa inqatlu 16-il tifel u tifla.