Saturday, November 23, 2024

Politiċi Ġermaniżi urtati minħabba refuġjati li waslu mill-Greċja

Aqra wkoll

Numru ta’ politiċi mill-Partit tal-Unjoni tal-Kristjani Demokratiċi ma ħadux pjaċir bil-wasla ta’ 47 immigrant mill-Greċja. Jidher li dawn il-politiċi ma ħadux gost bil-fatt li għalkemm qabel kienu qalulhom li se jaslu tfajliet abbandunati, imbagħad waslu rġiel żgħar u adoloxxenti waħedhom. 

Il-politiku Hans-Jürgen Irmer ikkritika dan il-proċess u qal li qabel il-Ġermanja taċċetta aktar immigranti, pajjiżi oħra huma obbligati li jagħmlu l-istess. Mill-informazzjoni li kellu, ftit jew xejn kien hemm tfal bniet abbandunati fuq il-gżejjer Griegi li għandhom bejn it-tmienja u 14-il sena.

Il-Gvern Ġermaniż kien ħabbar f’nofs Marzu li se jieħu xi minuri mill-Greċja, flimkien ma’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. Jidher li dakinhar kien intqal li dawn kienu tfal li huma morda gravi, kienu waħedhom, kellhom inqas minn 14-il sena u ħafna minnhom kienu bniet. 

Iżda jidher li s-sitwazzjoni kienet differenti ħafna jekk kif fost dawk is-47 immigrant li waslu Hanover kien hemm biss erba’ bniet. Barra hekk, jidher li dawn l-immigranti kienu lebsin xi flokkijiet li huma offensivi fil-konfront tal-Ġermaniżi. 

Intant, jidher li Irmer tant irrita ruħu li talab li jkun l-uffiċċju tal-Immigrazzjoni u r-Refuġjati Ġermaniż li jagħżel l-immigranti li jittieħdu minn fuq il-post stess. Talab ukoll li għandu jkun hemm età ta’ meta jistgħu jintbagħtu immigranti u dawk li jintbagħtu jiffirmaw li vera waħedhom ħalli ma jiltaqgħux mal-membri tal-familji tagħhom. 

Sport