100 jum ilu Alex Borg sar il-5 Kap fi 12-il sena tal-Partit Nazzjonalista. Minkejja li ma ġabx il-vot tal-maġġoranza tat-tesserati, Borg kien għadda lil Adrian Delia b’44 vot.
Fost l-ewwel dikjarazzjonijiet ta’ Alex Borg wara dik l-elezzjoni, kien hemm li kapaċi jsir Prim Ministru f’xahar wieħed biss.
Minn dakinhar bdiet tiddomina politika ta’ konfużjoni u pożizzjonijiet bl-addoċċ.
Il-Kap Nazzjonalista sostna li l-mediċini ġeneriċi huma ta’ kwalita inferjuri – u kellhom joħorġu jmeruh l-ispiżjara u t-tobba, fost oħrajn.
Il-Kap Nazzjonalista qal li l-ħaddiema jridu jibdew jaħdmu 4 ijiem fil-ġimgħa – u kellhom joħorġu jikkritikawh ir-rappreżentanti ta’ min iħaddem talli fajjar proposta bla diskussjoni.
Il-Kap Nazzjonalista ppropona emenda fil-kostituzzjoni b’rabta mal-ambjent – u kellhom joħorġu jikkundanawh l-għaqdiet sportivi, il-każini tal-baned, il-kaċċaturi u n-nassaba, is-settur marittimu, fost oħrajn;
Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Partit Nazzjonalista reġa ma ħareġ ebda pre-budget document filwaqt li ppropona miżuri bla ma nduna li diġa ilhom snin diġa jitwettqu fosthom fl-akkomodazzjoni affordabbli.
Laqa’ lura lill-eks deputat Edwin Vassallo, magħruf għal pożizzjonijiet tiegħu kontra d-divorzju, id-drittijiet LGBTIQ u l-IVF, u li issa qed iħossu komdu mal-prinċipji li reġa’ beda jħaddan il-Partit Nazzjonalista.
Huwa ċar li fil-Partit Nazzjonalista ma nbidel xejn, ħlief l-isem tal-Kap.
Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista joqgħod jiċċelebra u jitkellem dwar 100 jum, il-Partit Laburista fil-Gvern kommess li jkompli jaħdem għal iktar riżultati pożittivi fil-preżent u l-futur tal-familji Għawdxin u Maltin.

