Politiku minn New South Wales (NSW) instab ħati li attakka sesswalment żewġt irġiel żgħażagħ fl-Awstralja.
Fi tmiem ġuri, Gareth Ward, li għadu membru parlamentari tal-istat, instab ħati ta’ tliet akkużi ta’ attakk indiċenti u akkuża waħda ta’ stupru.
Iż-żewġ vittmi, li meta seħħ l-allegat każ kellhom 18 u 24 sena, allegaw li kienu aggrediti fid-dar ta’ Ward wara li ltaqgħu miegħu permezz ta’ “ċrieki politiċi” bejn l-2013 u l-2015.
Ward irriżenja minn ministru tal-Gvern statali u mill-Partit Liberali meta nħarġu l-akkużi fl-2021, iżda rrifjuta li jirriżenja mill-parlament u ġie elett mill-ġdid bħala membru għal Kiama fl-2023.
Wara tlitt ijiem ta’ deliberazzjoni u wara li għamlu disa’ ġimgħat jisimgħu l-evidenza fil-Qorti ta’ NSW, il-ġurati ħarġu bil-verdett tagħhom. Fil-ġuri nstema’ kif Ward, stieden lil żagħżugħ ta’ 18-il sena li kien fis-sakra f’daru fl-2013 u allegatament attakkah sesswalment tlitt darbiet, minkejja li pprova jirreżistih. Sentejn wara, huwa allegatament stupra membru tal-istaff politiku wara avveniment fil-Parlament.
Ward argument li l-istupru tal-2015 ma seħħx u dwar il-każ l-ieħor, l-allegat vittma ma kienx jiftakar sew x’kien ġara waqt il-laqgħa ta’ bejniethom.