Illum, il-Pulizija ġiet infurmata għall-ħabta tas-1.30 p.m. b’inċident li seħħ fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra, x-Xagħra, Għawdex.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li Pollakk ta’ 43 sena, sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum.
Fuq il-post huwa ngħata l-ewwel għajnuna mill-għassiesa ta’ salvataġġ tal-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) kif ukoll minn tim mediku mill-Isptar ġenerali t’Għawdex, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
ll-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.