Pollakk weġġa’ gravi wara li l-Erbgħa għall-ħabta tad-9:30 p.m kien involut f’argument li seħħ fi Triq il-Gallina f’San Ġwann.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel ta’ 27 sena li jirrisjedi fl-istess lokalità kellu argument ma’ żewġ persuni li l-identità tagħhom għadha mhix magħrufa.
Waqt l-argument il-Pollakk intlaqat ukoll minn karozza tal-għamla Renault Zoe u ż-żewġ persuni telqu minn fuq il-post bl-imsemmija karozza.
Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-Pollakk sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.