Saturday, December 21, 2024

Pollakk li kien jgħix fit-toroq, illum maniġer ta’ kċina

Aqra wkoll

Will, illum il-ġurnata raġel ta’ 38 sena, 17-il sena ilu telaq mill-Polonja u rħielha għal Birmingham sabiex jittanta xortih għal ħajja aħjar. Hemmhekk huwa sab xogħol u post fejn jgħix, però ftit tax-xhur wara spiċċa mkeċċi mill-post li kien qed jgħix fih għax kien akkużat li ma ħallasx is-sehem tiegħu mill-kontijiet.

Will għamel xi żmien mingħajr saqaf fuq rasu, sakemm eventwalment ingħata l-għajnuna meħtieġa minn Sifa Fireside — għaqda karitattiva. Huwa jirrakkonta kif maż-żmien sab xogħol f’maħżen, però mbagħad spiċċa tifel xogħlu minħabba li żewġt iħbieb tiegħu bdew jisirqu u weħħlu kollox fih. 

L-iktar esperjenza qarsa għal dan ir-raġel kienet meta sab xogħol ġo fabbrika f’Walsall. Will jirrakkonta kif hemmhekk iltaqa’ ma’ koppja li beda jgħix magħha u wara ftit “Ivvalenawni, ħaduli flusi kollha u l-karta tal-identità, u mbagħad bażikament żammewni naħdem kontra l-volontà tiegħi għal madwar sentejn sħaħ”. L-unika ħaġa li ħallewlu kienet card li biha seta’ jissellef il-kotba mil-librerija.

Huwa beda jingħata ikel bil-qies u ma tħalliex joħroġ minn kamartu ħlief biex imur jixtrilhom xi bżonnijiet jew biex inaddfilhom, u saħansitra ma ħallewhx ikompli jaħdem. 

Lejl minnhom ġietu l-opportunità biex jeħles minn din il-ħajja ta’ skjav, meta din il-koppja — li kellha l-vizzju tax-xorb — kienet fis-sakra u Will iddeċieda li jimxi minn Walsall għal Birmingham u baqa’ sejjer dritt Sifa Fireside.

Will reġa’ beda jirċievi l-għajnuna minn Sifa Fireside. Hu ta l-kontribut tiegħu permezz ta’ xogħol volontarju li għamel ma’ din l-għaqda karitattiva.

Jum minnhom applika għal xogħol ma’ Birmingham Urban Emporiums. Huwa ntgħażel u ngħata xogħol, jaħsel il-borom. Ħames snin wara laħaq maniġer ta’ kċina.

Ekonomija

Sport