Las Charras rebħu The Spencer Cup, avveniment ieħor li sar fil-Malta Equidrome u li ġie organizzat mill-Malta Polo Club.
Kienu erba’ chukkas ferm interessanti bejn żewġ timijiet femminili Las Charras u Saddle Sisters b’tal-ewwel li rebħu 4-2. Fost l-oħrajn spikkat Serena Galea li skorjat tliet gowls.
Saddle Sisters kellhom lil Christe Massaloux, Emma Ellul Vincenti u Petra Vella filwaqt li Las Charras kienu magħmula minn Serena Galea, Nicole Fenech Adami u Rebecca Gera.
L-Umpires kienu Jeremy Besancon u Steve Vassallo.
Dan l-avveniment sar b’kolloborazzjoni ma’ EquestriMalta.