Thursday, February 13, 2025

Polo: Los Buenos jirbħu l-Prince Louis Cup

Aqra wkoll

Los Buenos rebħu l-Prince Louis Cup tal-Polo meta għelbu lil Horse Power tmien punti u nofs għal erbgħa. Dan l-avveniment ġie organizzat mill-Malta Polo Club u l-erba’ chukkas saru fil-Malta Equidrome.

It-tim rebbieħ Los Buenos kienu magħmula minn Karl Galea, Bradlee Farrugia, Sarah Manduca u Chris Delia filwaqt li Matthew Borg, Jeremy Besancon, Simon Psaila u Matthew Grech kienu jiffurmaw Team Horse Power.

L-umpires għal din il-logħba kienu Gaston Etcheberry u Steve Vassallo b’Philip Wismayer li kien it-tielet uffiċjal.

Dan l-avveniment sar bl-appoġġ ta’ EquestriMalta. Fi tmiem il-konfront, il-kap eżekuttiv ta’ EquestriMalta Max Zammit ippreżenta l-Prince Louis Cup lill-captain ta’ Los Buenos Karl Galea.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport