Royal Artillery u Mariners qasmu l-Ivanhoe Cup, kompetizzjoni organizzata mill-Malta Polo Club
Fil-fatt Royal Artillery, Mariners u Mixed Bag ikkompetew għar-rebħ ta’ din it-tazza ferm prestiġġjuża.
Fis-sitt chukkas li kellna, Royal Artillery għelbu lil Mixed Bag 3-1 għalkemm tilfu l-logħba tagħhom kontra Mariners 3-2. Min-naħa l-oħra, Mixed Bag għelbu lil Mariners 3-2.
Wara dawn is-sitt chukkas, irriżultat li Royal Artillery u Mariners ġew bl-istess numru ta’ punti u għalhekk ġie deċiż li tinqasam it-tazza.
Royal Artillery kienu magħmula minn Chris Delia, Mark Darmanin, Sarah Manduca u Petra Vella filwaqt li Mariners kellhom lil Simon Psaila, Jean Vella, Luke Antonio Gatt Pace u Max Galea. Finalment Greg Gera, Bex Gera, Ivan Camilleri u Emma Aquilina iffurmaw Team Mixed Bag.
L-Umpires għal din il-kompetizzjoni kienu Gaston Etcheberry u Jeremy Besancon bit-tielet uffiċjal li kien Philip Wismayer. Din l-attivita’ saret bl-appoġġ ta’ EquestriMalta.