Saturday, October 12, 2024

Poloz tal-Aħħar 16 tal-UCL: Ripetizzjoni tal-finali tal-istaġun li għadda

Aqra wkoll

Meta ttellgħu l-poloz tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, se jkun hemm ir-ripetizzjoni tal-finali tal-istaġun li għadda hekk kif Liverpool telgħu biex jilagħbu kontra Real Madrid.

Bla dubju, din hija l-aktar partita attraenti fejn Liverpool jimmiraw li jpattu għad-diżappunt taż-żewġ telfiet tal-finali kontra l-Madrileni, fl-2018 u proprju fl-istaġun li għadda.  

Partita oħra li se tiġbed l-attenzjoni hija dik bejn żewġ ġganti Ewropej, Paris St Germain u Bayern Munich li tista’ tmur kull naħa.

L-aktar polza faċli marret għand Manchester City li se jilagħbu kontra RB Leipzig.

Dawn il-logħbiet jibdew jintlagħbu min-nofs Frar 2023.

Il-poloz kollha huma:  

RB Leipzig v Manchester City

Club Brugge v Benfica

Liverpool v Real Madrid

Milan v Tottenham

Eintracht F. v Napoli

Borussia D. v Chelsea

Inter v Porto

Paris St Germain v Bayern M.

Sport