Monday, June 30, 2025

Poloz tal-Malta Premier League 2025-26: Iċ-champions Hamrun S. jibdew kontra Tarxien R.

Aqra wkoll

Meta t-Tnejn ttellgħu l-poloz tal-Malta Premier League għall-istaġun 2025-26, waqt serata li xxandret b’mod dirett fuq TVM Sport+, iċ-champions Hamrun Spartans se jibdew id-difiża tat-titlu kontra t-team promoss ta’ Tarxien Rainbows.

Iżda konfront mill-aktar interessanti fl-ewwel ġurnata se jkun dak bejn ir-rivali Valletta u Birkirkara.

Din l-ewwel ġurnata se tintlagħab bejn is-Sibt 16 u t-Tnejn 18 ta’ Awwissu, bil-programm ikun dan:

Is-Sibt, 16 ta’ Awissu:

Valletta v Birkirkara…. 6.45

Zabbar SP v Sliema….. 9.00

Il-Ħadd, 17 ta’ Awissu:

Tarxien R. v Hamrun S. 6.45

Naxxar L. v Floriana….. 9.00

It-Tnejn, 18 ta’ Awissu:

Hibernians v Gzira U… 6.45

Marsaxlokk v Mosta…. 9.00

Intant, qabel it-tlugħ ta’ dawn il-poloz u qabel ma tkellmu ir-rappreżentant tat-12-il club li se jilagħbu fl-ogħla diviżjoni, tkellem iċ-Chairman tal-Malta Premier League, is-Sur Alan Abela li qal:

“L-istaġun li għadda kien l-ewwel wieħed u kif ukoll kien ta’ tranżizzjoni bil-konsegwenza li tgħallimna ħafna biex intejbu l-prodott tal-Malta Premier għall-istaġun li ġej.

“Fil-bidu tal-kampjonat, bdejna b’mira ċara li nżidu l-attendenzi fl-istadia.

“Għall-ewwel darba, ksibna surplus, li ġġenera aktar minn €80,000 fi profitt nett.

Bir-ritorn ta’ Valletta fil- Malta Premier, issa nistennew żieda addizzjonali fl-interess u l-parteċipaz­zjoni. Dan irid ikun sforz kollettiv.”

“Nistiednu lill-clubs biex jorganizzaw avvenimenti ta’ ospitalità, u aħna impenjati li nagħmlu l-proċess aktar faċli għalihom.”

“Għal staġun ieħor, it-tfal taħt it-12-il sena se jingħataw aċċess b’xejn għall-istadia meta jkunu akkumpanjati minn ġenitur jew minn adult.”

“Aħna konxji tal-limi­tazzjonijiet tal-infrastruttura tal-istadia tagħna, u huwa għalhekk li qed nagħtu aktar attenzjoni lil Tony Bezzina Stadium, fejn l-atmosfera hija ferm aħjar.

“Barra minn hekk, biex ngħinu lill-clubs jimma­niġġjaw l-ispejjeż relatati mal-pulizija u s-sigurtà, mhux se nibqgħu niskedaw logħbiet ta’ profil għoli nhar ta’ Ħadd.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport