Friday, November 15, 2024

Poloz tal-Premier League: Hamrun Spartans jibdew id-difiża tat-titlu kontra Balzan

Aqra wkoll

Iċ-champions Hamrun Spartans se jkunu qed jiffaċċjaw lil Balzan fl-ewwel ġurnata tal-BOV Premier League 2023/24 hekk kif telgħu l-poloz miċ-Chief Operations Officer tal-Bank of Valletta Ernest Agius u l-eks midfielder internazzjonali Malti Raymond Vella fil-preżenza tad-Direttur tal-Football Operations tal-Malta FA. Stephen Azzopardi.

Erbatax-il tim se jkunu qed jieħdu sehem għal darb’oħra fil-kampjonat li se jintlagħab fuq żewġ rounds u li se jibda bejn is-16 ta’ Settembru u l-4 ta’ Mejju.

L-istadia li fihom se jkunu qed jintlagħbu l-logħob se jkunu l-Istadium Nazzjonali, l-Istadium Tony Bezzina u l-Istadium Ċentinarju.

Erba’ timijiet se jiġu relegati għall-Challenge League.

Fil-partiti l-oħra tal-ewwel ġurnata, Birkirkara jiltaqgħu kontra Sliema Wanderers li għadhom kif ġew promossi, Santa Luċija jaffaċċjaw lil Floriana, Valletta jilagħbu kontra Sirens, Gzira United jiffaċċjaw lil Hibernians, Mosta jiffaċċjaw lil Gudja United u Marsaxlokk jiltaqgħu mat-tim l-ieħor li għadu kif ġie promoss Naxxar Lions.

Ekonomija

Sport