Meta ttellgħu l-poloz tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, l-aktar wieħed diffiċli bla dubju, huwa dak C fejn se jlaqqa’ lil Bayern Munich, Barcelona, Inter u Viktoria Plzen, fejn huma meqjus dak tal-“mewt”.
Il-grupp taċ-champions renjanti, Real Madrid, F, ma tantx hu daqstant diffiċli meta se jaffrontaw lil RB Leipzig, Shakhtar Donetsk u Celtic.
Grupp interessanti huwa dak A, li se jlaqqa’ lil Ajax, Liverpool, Napoli u Glasgow Rangers.
Grupp E se jlaqqa’ lit-team Taljan ta’ Milan flimkien dak Ingliż ta’ Chelsea. Iżda huma favoriti li jkomplu javvanzaw meta ż-żewġ timijiet l-oħra huma RB Salzburg u Dinamo Zagreb.
Fi Grupp H, Paris St-Germain se jiffaċċjaw lil Juventus, Benfica u Maccabi Haifa.
Iċ-champions Ingliż, Manchester City, għandhom polza delikata hekk kif se jiffaċċjaw lil Sevilla, Borussia Dortmund u FC Copenhagen.