Sunday, December 22, 2024

Pont storiku fl-Olanda se jkollu jiġi żarmat temporanjament biex il-jott ta’ Jeff Bezos ikun jista’ jgħaddi

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tal-belt Olan­diża ta’ Rotterdam ikkonfermaw li se jkollhom iżarmaw il-pont storiku magħruf lokalment bħala De Hef biex il-jott lussuż tal-biljunarju u fundatur ta’ Amazon Jeff Bezos ikun jista’ jgħaddi. 

Dan il-jott lussiż li qiegħed jinbena mill-kumpanija Olandiża Oceanco hu mifhum li se jkun twil 127 metru u se jkun wisq għoli biex jgħaddi minn taħt il-pont Koningshaven. Kelliemi għas-Sindku ta’ Rotterdam ikkonferma dawn il-pjanijiet u tenna li Bezos se jkun qiegħed iħallas għall-ispiża ta’ dan kollu. 

Ir-rapporti dwar dan kienu ħarġu iktar kmieni din il-ġimgħa u dawn kienu jgħidu li l-pont De Hef se jkun temporanjament żarmat biex l-bastiment ta’ Bezos – li huwa għoli madwar 40 metru – ikun jista’ għaddi. Din hija xi ħaġa kontroversjali immens hekk kif dan il-pont għandu storja twila ħafna u llum il-ġurnata huwa mejqus bħala monument nazzjonali. Bejn l-2014 u l-2017 dan il-pont kienet saritlu rinnovazzjoni kbira u dakinhar l-awtoritajiet kienu qalu li dan qatt iktar mhu se jerġa’ jiżżarma. 

Il-kelliemi għas-Sindku meta tkellem mal-aġenzija tal-aħbarijiet AFP qal li l-kostruzzjoni tal-bastiment ta’ Bezos ħolqot ħafna xogħol u hija importanti għal din

Ekonomija

Sport