Thursday, February 26, 2026

Pool: Aktar riżultati pożittivi mit-timijiet Malti fil-Kampjonati Ewropej

Aqra wkoll

It-timijiet Maltin komplew jiksbu aktar riżultati pożittivi fil-Kampjonati Ewropej li qegħdin isiru ġewwa Ayia Napa f’Ċipru.

It-tim Malti tal-irgiel kiseb żewġ rebħiet oħra daqstant importanti kontra l-Irlanda bl-iskor ta’ 8-7 u kontra l-Belġju bl-iskor konvinċenti ta’ 11-4. Meta jonqos żewġ logħbiet mit-tmiem tal-fażi tal-gruppi Malta tinsab f’pożizzjoni tajba biex tikkwalifka għas-semi-finali.

Fil-kategorija tal-Over 50’s it-tim Malti kiseb erba’ rebħiet minn sitt logħbiet filwaqt li t-tim taż-żgħażagħ ta’ taħt it-23 sena sena kiseb tmien rebħiet minn 11-il logħba u b’hekk iż-żewġ timijiet jinsabu f’pożizzjoni tajba biex jagħmluha għall-fażi tas-semi-finali.

It-tim taż-żgħażagħ ta’ taħt it-18-il sena kiseb żewġ rebħiet identiċi ta’ 7-2 fuq Skozja A u Skozja B.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport