Il-tliet timijiet Maltin tal-Pool, li qegħdin jirrapreżentaw lil Malta fil-Kampjonati Mondjali li qegħdin isiru ġewwa l-Irlanda, kellhom bidu mill-aqwa meta kisbu tliet rebħiet sodisfaċenti.
It-tim Malti tal-irġiel kiseb rebħa eċċitanti ta’ 11-10 fuq it-tim qawwi Irlandiż. Bir-riżultat ta’ 5-0 minn taħt, il-plejers Maltin baqgħu determinati u dawru r-riżultat f’rebħa importanti ta’ 11-10 bil-plejer Malti Ryan Pisani jikseb tliet rebħiet. It-tim Malti taż-żgħażagħ ta’ taħt il-25 sena kiseb rebħa tajba ta’ 6-3 fuq it-tim nazzjonali Ingliż B bil-protagonista tal-logħob ikun Christ Zaffarese bi tliet rebħiet.
It-tim Malti tal-Over 50’s kellu bidu mill-aqwa b’rebħa kbira ta’ 15-9 fuq it-tim nazzjonali tal-Irlanda ta’ Fuq. F’din il-logħba spikka l-plejer Malti Christ Mills b’erba rebħiet.
It-timjiet Maltin kollha jerġgħu jkunu fl-azzjoni aktar tard illejla b’logħba oħra mill-fażi tal-gruppi.