Saturday, December 14, 2024

Popeye Village jagħlaq 42 sena f’Malta … illum huwa wieħed mill-aktar postijiet imfittxa f’pajjiżna

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Bħal-bieraħ 42 sena ilu kienet ġiet fi tmiemha l-produzzjoni mużikali ‘Popeye’ f’Malta. Dak iż-żmien, klawżola fil-kuntratt tal-produzzjoni kienet tgħid li s-sett tal-film li kien sar tant popolari seta’ jitħalla u ma jiżżarmax biex il-viżitaturi jkunu jistgħu jżuruh u jgawduh. U proprju sal-ġurnata tal-lum ħafna jmorru ġo dan il-post meraviljuż sabiex iduru t-toroq u jidħlu fid-djar ta’ dan il-villaġġ partikolari.

F’dan iż-żmien tas-sena ħafna jkunu dawk li jitħajru jżuru Popeye Village speċjalment it-turisti li jiġu jżuru pajjiżna. Dan għaliex apparti l-attivitajiet li jkun hemm matul il-ġurnata, wieħed jista’ jgwadi l-bajja tant sabiħa u jqatta’ ġurnata hemmhekk. Apparti ż-żmien tas-sajf, isiru bosta attivitajiet oħra matul is-sena fosthom fi żmien il-karnival, il-Halloween; festa li tant saret popolari magħna l-Maltin kif ukoll fi żmien il-Milied. 

F’dan il-villaġġ meraviljuż isiru anka festini għat-tfal kif ukoll koppja tista’ tagħżel dan il-post biex tiżżewweġ fih. Popeye Village illum huwa meqjus bħala wieħed mill-attrazzjonijiet turistiċi ewlenin li hawn f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport