Fl-aħħar sigħat fuq il-midja soċjali spikkaw bosta reazzjonijiet hekk kif il-President ta’ Ħamrun Spartans Joseph Portelli lbieraħ ma kienx fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali biex jara lit-tim tiegħu kontra Floriana. Minflok, Portelli reġa’ rritorna bħala plejer ma’ Nadur Youngsters fl-aħħar ħin tal-partita kontra Kerċem Ajax fil-Gozo Football League.
Nadur kienu diġa’ dikjarati matematikament Champions tal-GFL tal-ewwel diviżjoni. Wiċċ Portelli spiċċa fuq diversi sezzjonijiet tal-midja wara li bħala eks plejer, u eks President ta’ Nadur, ftit tas-sekondi biss wara li daħal jilgħab inkariga ruħu minn penalty li ssaffar favur Nadur u ma naqasx milli jixħet fix-xibka. Kerċem ġabu d-draw minn penalty skorjat minn Luis Henrique Santana Motta għal skor finali ta’ 1-1.
Wara l-logħba Nadur ġew ippreżentati t-Trofew bħala rebbieħa tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-GFL.