Portugiż ta’ 53 sena ġie arrestat mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, wara li nqabad iġorr madwar 11-il kilo droga fil-bagalja tiegħu, b’valur totali ta’ madwar €250,000.
Il-Pulizija flimkien ma’ uffiċjali tad-Dwana wettqu spezzjonijiet fuq passiġġieri li waslu f’titjira minn Sevilja fi Spanja għal ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu tas-Sibt. Wara li passiġġier qajjem suspett, saret tfittxija fil-bagalja tiegħu u instabu diversi pakketti b’madwar 10 kilo sustanza suspettata ħaxixa tal-cannabis b’valur fit-triq ta’ kważi €100,000 u madwar kilo sustanza allegatament kokaina li ġġib valur ta’ €150,000.
Il-Portugiż qiegħed jinżamm arrestat għal aktar investigazzjonijiet.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tas-2:00 p.m., quddiem il-Maġistrat Dr Lara Lanfranco LL.D.