Saturday, December 21, 2024

Pospost għal darb’oħra l-proċess ġudizzjarju dwar il-mewt ta’ Maradona

Aqra wkoll

Il-proċess ġudizzjarju kontra tmien ħaddiema fis-settur tas-saħħa li jinsabu akkużati bil-mewt involontarja tal-istilla Arġentina Diego Armando Maradona reġa’ ġie diferit għall-11 ta’ Marzu li ġej. Din kienet it-tielet darba li s-seduta tal-qorti ma saritx wara l-avukati difensuri tagħhom talbu estensjoni.

Sadanittant tabib, psikjatra, psikologu, kap ta’ sala ta’ sptar u xi infermiera jinsabu akkużati b’negliġenza kbira meta El Pibe de Oro kif kien magħruf Maradona kellu bżonn il-kura immedjata u dan ma ngħatax kas. Dan ir-reat jista’ jwassal biex xi wħud minnhom jeħlu bejn tmien u 25 sena ħabs.

Ekonomija

Sport