Il-Festival taċ-Ċikkulata tal-Ħamrun, li bla dubju wieħed mill-aktar avvenimenti kulturali propolari f’Malta, fejn jattira eluf kbar ta’ nies kull sena, mhux se jsir nhar is-Sibt 19 ta’ Ottubru iżda minflok huwa skedat għas-Sibt 26 ta’ Ottubru mis-6:00 p.m ‘il quddiem. Dan minħabba l-maltemp previst għas-Sibt.
Il-Festival taċ-Ċikkulata tal-Ħamrun huwa avveniment li sab postu sew fil-kalendarju kulturali ta’ Malta, li ġibed l-attenzjoni kemm minn udjenzi lokali kif ukoll internazzjonali. Din is-sena, il-festival se jsir nhar is-Sibt 19 ta’ Ottubru filgħaxija, fi Triq il-Kbira San Ġużepp u fit-toroq tal- madwar.
L-istorja tal-kawkaw tmur lura għal aktar minn 2,500 sena, li toriġina mal-Mayas u aktar tard adottata mill-Aztecs. F’Malta, rekords storiċi jindikaw li fi żmien il-ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, iż-żerriegħa tal-kawkaw kienet maħżuna fiż-żona tas-Samra, u dan jenfasizza r-rabta bikrija tal-gżira ma’ dan l-ingredjent tant popolari.