Teżisti possibbiltá kbira li Juventus jingħataw lura l-15-il punt li tteħdulhom f’Jannar li għadda hekk kif se jiġi deċiż jekk li jinstema’ ġuri mill-ġdid wara li nstabu ħatja ta’ rregolaritajiet finanzjarji.
Jekk dan iseħħ fil-jiem li ġejjn, il-Bianconeri jsibu ruħhom fit-tielet post tas-Serie A b’59 punt.
Dan wara li l-appell tagħhom fuq id-deċiżjoni ta’ Jannar li għadda, sar l-Erbgħa quddiem il-Bord tal-Appelli tal-CONI li dam għaddej madwar tliet sigħat. Is-sentenza mistennija tinqata’ matul il-ħamest ijiem li ġejjin.
Minħabba l-fatt li l-FIGC ma ħadux sehem fl-appell, il-prosekutur tal-CONI, Ugo Taucer, ħa l-irwol f’isimhom.
Huwa stqarr li r-raġunament għat-tneħħija tal-15-il punt “għandu nuqqas ta’ ċarezza fil-motivazzjoni li trid tiġi apprezzata u evalwata b’sentenza ġdida.”
Dan qed jindika t-triq tan-nofs bis-sitwazzjoni kollha, li qed tiġi mressqa lejn qorti tal-appell differenti, riesqa lejn proċess ġdid.
Jekk tittieħed din l-għażla, allura Juventus jingħataw lura l-15-il punt sakemm jinstema’ l-każ mill-ġdid minħabba li dan jista’ jieħu ħafna żmien biex jiġi solvut.
Dan kollu jkun ifisser li Juventus jaqbżu mis-seba’ post, b’44 punt għat-tielet b’59, quddiem Roma, Milan u Inter … żewġ punti biss taħt Lazio.