Thursday, December 19, 2024

Possibbiltá li Harry Kane jingħaqad ma’ Bayern Munich

Aqra wkoll

Il-media Ġermaniża qed tirrapporta li ċ-champions Ġermaniżi, Bayern Munich, jinsabu viċin li jakkwistaw lill-attakkant internazzjonali Ingliż, Harry Kane, mingħand Tottenham Hotspur. 

Bħalissa Kane jinsab fl-aħbarijiet min­ħabba li f’Ġunju 2024 se jintemmlu l-kuntratt u wera x-xewqa li jħalli lil Spurs fejn Manchester United kienu l-aktar club li kien interessat fis-servizzi tiegħu. 

Jekk Kane kiser kull rekord u rebaħ kull unur fuq bażi personali … għadu qatt ma rebaħ unur fuq livell ta’ club jew internazzjonali. 

L-istaġun li għadu kien intemm kien wieħed brillanti għalih meta skorja 32 goal u rreġistra ħames assists … kif ukoll kiser ir-rekord tal-leġġendarju Jimmy Greaves bħala l-aqwa skorer ta’ kull żmien tal-club … meta kien għadda l-marka ta’ 266 goals. Illum it-total ta’ Kane huwa 280 goal. 

Kien is-sid, Daniel Levy, li waqqaf kull xorta ta’ negozju mar-Red Devils għax filwaqt li t-talba tal-player ta’ 31 sena hija ta’ £100 miljun, huwa għamilha ċara li mhux se jċedi lil Kane lil club rivali fil-kampjonat domestiku.  

Il-Bavarjani daħlu fit-taqtiegħa biex jieħdu lil Kane fl-Allianz Arena, iżda huma konxji li Levy mhuwiex negozjatur faċli biex wieħed jiftaħ taħdidiet miegħu. 

Iżda min-naħa l-oħra Spurs iridu jneħħu lil Kane minħabba li jridu jdaħħlu somma sostanzjali qabel ikun tard wisq. 

Fl-istess waqt, Bayern jinsabu fiduċjużi li jintlaħaq ftehim biex jingaġ­ġaw lil dan il-player li min-naħa tiegħu qed juri r-rieda li jingħaqad magħhom għal­kemm għad ma ntlaħaq l-ebda ftehim dwar is-salarju u l-perjodu tal-kuntratt tiegħu. 

Ekonomija

Sport