Monday, November 18, 2024

Possibbiltá li Jim Ratcliffe jirbaħ it-taqtiegħa għall-bejgħ ta’ Manchester United

Aqra wkoll

Jidher li l-Glazers identifikaw l-offerent preferut tagħhom għax-xiri tal-club ta’ Manchester United, sitt wara li tpoġġa għall-bejgħ. 

Skond rapporti, Sir Jim Ratcliffe se jiġi identifikat mill-Glazers bħala l-offerent preferut tagħhom hekk kif il-proċess se jagħmel pass sinifikanti ‘l quddiem u s-sjieda kontroversjali tal-familja Amerikana tidher li se tintemm xi 18-il sena wara li ħadu l-kontroll ta’ Old Trafford.

Għal xhur sħaħ, dehret battalja bejn żewġ kandidati – il-biljunarju Ingliż Ratcliffe u l-eks bankier tal-Qatar, Sheikh Jassim Bin Hamad Al Thani.

L-offerta ta’ Ratcliffe ta’ £5 biljun hija l-għażla ppreferuta, bil-Glazers infushom jibqgħu fil-club bħala azzjonisti minoritarji minħabba li l-intenzjoni tagħhom hija li jibqgħu parti mit-tmexxija tar-Red Devils. 

Ir-Raine Group, il-bank  ibbażat fi New York li ssorvelja l-bejgħ, qed jingħad li wasal għall-konferma li l-proċess se javvanza bl-offerta ta’ Ratcliffe ferm fuq quddiem.

Għalkemm l-offerta ta’ Sheikh Jassim ta’ £5 biljun għal kontroll  assolut tal-club, kienet l-ogħla offerta li waslet wara tliet rounds ta’ offerti; l-offerta ta’ Ratcliffe għal sehem inizjali ta’ 50% ivvalutat lill-club eqreb lejn il-valutazzjoni rrappurtata ta’ £6 biljun stabbilita mill-familja Amerikana.

L-offerta ta’ Ratcliffe tkun dik li l-Glazers jimxu magħha u  tista’ tiftaħ il-bieb għal investituri oħra li jidħlu fil-proċess.

Ir-rapporti li jissuġġerixxu l-offerta ta ‘Ratcliffe hija dik li l-Glazers se jagħżlu’ x’aktarx li se tiddiżappunta u tirrabja lil bosta partitarji minħabba li jridu li l-familja Amerikana ma jkollha x’taqsam xejn aktar ma’ Old Trafford. 

Ekonomija

Sport