Stramba iżda teżisti possibbiltá. Il-midfielder offensiv tal-Ingilterra u ta’ Borussia Dortmund, Jude Bellingham jista’ jingħaqad ma’ Liverpool fil-jiem li ġejjin.
Fil-bidu tas-sajf, il-club Ġermaniż ħabbar li minħabba l-fatt li huma ċedew lil Erling Haaland lil Manchester City, Jude Bellingham kien se jibqa’ magħhom għal dan l-istaġun.
Sadanittant, Liverpool bdew negozjati biex jiffirmawh fi tmiem l-istaġun u jidher li kienu laħqu ftehim li saħansitra jingaġġawh f’Jannar li ġej.
Iżda s-sitwazzjoni għar-Reds marret għall-agħar hekk kif għandhom xejn inqas minn 11-il player imweġġa’ u għaldaqstant nofs il-ground huwa litteralment vojt.
Aktar minn hekk, il-midfieler Naby Keita, ħabbar li jixtieq jitlaq lil Liverpool qabel ma jagħlaq is-suq tat-trasferiment minħabba li mhuwiex kuntent bis-sitwazzjoni tiegħu fil-club meta fl-aħħar logħba huwa kien sostitut minkejja n-nuqqas ta’ player.
Għaldaqstant Liverpool għandhom żewġ għażliet … jew iżommu lil Keita għal dan l-istaġun u f’Ġunju li ġej isir player liberu jew inkella jista’ jsir tpartit ma’ Bellingham flimkien ma’ flus kontanti …..