Saturday, December 28, 2024

Possibbiltá li l-club ta’ Liverpool jista’ jinxtara mill-Emir tal-Kuwajt

Aqra wkoll

Teżisti possibbiltá li l-club ta’ Liverpool jista’ jinxtara mill-Emir tal-Kuwajt, Sabah Al Ahmad. 

Rapporti mill-Lvant Nofsani qed isostnu li r-rappreżentati tal-Emir kellhom l-ewwel laqgħa mas-sidien tal-club Ingliż, Fenway Sports Group, immexxija minn John Henry. 

Għad mhux magħruf x’intqal f’din il-laqgħa fejn iż-żewġ partijiet laħqu ftehim biex iżommu kollox mistur. 

Din il-familja rjali hija fir-responsabbiltá ta’ 15,000 membru u għandha imperu ta’ €1.3 triljuni li ħafna mid-dħul huwa mill-produzzjoni taż-żejt. Sabah Al Ahmad innifsu huwa l-kmandant tal-Forzi Armati.

Ekonomija

Sport