Sunday, November 24, 2024

Possibbiltá li Mohamed Salah imur jilgħab fil-Kampjonat Sawdi

Aqra wkoll

Il-club Sawdi ta’ Al-Ittihad qed ilesti ‘super offerta’ biex jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Eġizzjan, Mohamed Salah, mingħand Liverpool. 

Il-player ta’ 31 sena ilu jiġi segwit mill-bidu ta’ Awwissu u rapporti qed isostnu li ma eskludiex il-possibbiltà li jmur fil-Lvant Nofsani.

Min-naħa tagħhom, Liverpool jikkunsidraw jekk iħallux lil Salah jitlaq li kieku jirċievu offerta fenomenali u għaldaqstant is-sigħat li ġejjin huma ‘deċiżivi’ għall-futur tiegħu f’Liverpool.

ll-media Sawdija ppubblikat b’aġġornamenti addizzjonali dwar dan il-każ fejn qed jingħad li hemm ‘żvilupp sorprendenti’ fis-sigħat li għaddew fl-isforzi ta’ Al-Ittihad biex jiffirmaw lill-internazzjonali tal-Eġittu.

Qed jingħad li l-aġent ta‘ Salah, Rami Abbas, informa lill-club Sawdi li jrid li l-klijent tiegħu jkun l-ogħla player imħallas fil-club u jirċievi wkoll privileġġi simili għal dak li offra Al-Hilal lil Neymar.

Sorsi qrib Salah qalu li Al-Ittihad ‘qablu mal-kundizzjonijiet kollha’ proposti kemm minn Salah kif ukoll minn Liverpool biex jintlaħaq il-ftehim.

Għaldaqstant, hekk kif is-suq t-trasferimenti jinsab riesaq fi tmiemu jagħti raġun lill-coach tar-Reds, Jurgen Klopp, li stqarr il-biżgħa tiegħu li l-clubs Għarab se jibqgħu jiġru wara l-players meta l-Premier League jkun diġá beda. 

Sport