Friday, December 27, 2024

Possibbiltà ta’ maltempata għada

Aqra wkoll

Minkejja li għada fuq il-gżejjer Maltin se jkollna temp instabbli minħabba firxa ta’ pressjoni baxxa li se taddi minn fuqna, l-ebda temp estrem ma hu mbassar.

L-aħħar tbassir għat-temp hu li bejn 9.00 a.m u 2.00 p.m se jkollna ammont ta’ xita bir-ragħad, li ħafna jqisuha bħala l-maltempata tal-gamiem jew inkella t-taqliba ta’ Settembru li seħħ kull sena.

Is-sit Aġġornament tat-Temp jgħid li s’issa kull indikazzjoni hija li l-ebda temp estrem li wieħed joħroġ avviż ma jidher li se jgħaddi minn fuqha. Jgħid li wara l-4.00 p.m dan it-temp ikun diġà għadda sew minn fuqna.

L-indikazzjonijiet huwa wkoll li wara li tgħaddi din il-pressjoni baxxa minn fuq il-gżejjer Maltin, ma hemm l-ebda maltemp sal-Vittorja – 8 ta’ Settembru.

Min-naħa ta’ TalkNews se nkunu qegħdin insegwu l-aħħar żviluppi dwar it-temp u nkunu nistgħu ngħaddu lill-qarrejja tagħna l-aħħar informazzjoni.

Ekonomija

Sport