Sunday, November 24, 2024

Possibbiltà ta’ maltempata nhar is-Sibt li ġej

Aqra wkoll

Teżisti possibbiltà għolja li nhar is-Sibt li ġej ikollna tista’ tgħid l-ewwel maltempata li mistennija tinfirex fuq il-gżejjer Maltin. 

Siti tat-temp, kemm dawk lokali u anke oħrajn barranin qegħdin juru li fit-18 ta’ Novembru se tidħol pressjoni baxxa fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran. Din se tifforma fil-Lbiċ u fil-Majjistral tal-gżejjer Maltin. 

Fatt ieħor li kien is-sit Aġġornament tat-Temp li tkellem dwaru hu li se jkun qamar ġdid u għalhekk se jkun qiegħed jiġedded bil-maltemp. L-aħħar qamar kien iġedded fil-bnazzi u dan jista’ jagħti indikazzjoni ċara ta’ kif se jkun it-temp fix-xahar li jkun ġej. 

Intant, mil-lum il-Ħadd bdew sensiela ta’ ġranet b’riħ qawwi. Fil-fatt ir-riħ se jkompli jitwaqqaf wara nofsinhar hekk kif illejla jdur Punent u jitla’ forza 5 għal 6. Matul il-jum xi nħawi madwar il-pajjiż kienu milqutin minn ħalbiet ta’ xita ħafifa.

Dan filwaqt li għada t-temp mistenni jkun ftit imsaħħab li jkompli jissaħħab b’riħ Majjistral forza 6.

Sport