Sunday, November 24, 2024

Possibbiltà ta’ xita lokalizzata għada wara nofsinhar

Aqra wkoll

Firxa ta pressjoni baxxa ser iġġib magħha Temp instabbli fin-nofsinhar ta’ Malta. It-temp jaqleb aħjar minn nhar l-Erbgħa.

Skont il-paġna meterjoloġika ‘l-Aġġornament tat-Temp’ Tnejn ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna bil-possibbiltà ta’ xi xita lokalizzata wara nofsinhar u b’riħ grigal lvant forza tlieta għal tnejn.

It-Tlieta mistenni jkun ftit imsaħħab li jissaħħab kultant u b’riħ grigal lvant forza tlieta. 

L-Erbgħa ftit jew wisq imsaħħab u b’riħ forza tlieta Grigal lvant. 

Il-Ħamis mistenni jkun xemxi b’riħ forza tnejn lvant. 

Il-Ġimgħa mistenni jkun xemxi b’riħ forza tlieta punent majjistru li jitla forza erbgħa.

Is-Sibt  mistenni jkun xemxi b’riħ forza tlieta punent Ilbiċ li jżid forza erbgħa lbiċ.

Il-Ħadd mistenni jkun ftit imsaħħab b’riħ forza ħamsa lbiċ li jdur punent majjistru forza ħamsa għal sitta.

Temperatura medja mistennija tkun ta’ 33°C.

Sport