Skont ma qiegħed jiġi osservat, filwaqt li din il-ġimgħa li ġejja tidher li ser tkun xotta u anke se jippersisti riħ mix-Xlokk, hemm indikazjoni ċara li mit-Tnejn 4 ta’ Novembru se tinħoloq maltempata kbira fil-Lbiċ tal- Mediterran.
Dan kien il-messaġġ li wassal Gordon Grech permezz tas-sit Aġġornament tat-Temp, wieħed mill-aqwa bassara tat-temp fil-gżejjer Maltin. Grech spjega li assoċjat magħha hemm ammont ta’ xita. Din ser timxi bil-mod lejn iċ-ċentru tal-Mediterran u mistennija ġġib maltempati.
“Temp ideali għax-xita għar-raġuni: temp kiesaħ li se jidħol fin-nofsinhar tat-Tuneżija u li se jintensifika fil-Mediterran. Malta imdawra baħar sħun u art b temperatura għolja, li jfisser aktar evaporazjoni tal-baħar u li minnu tagħmel ix-xita. Temperaturi tal- ġimgħa li ġejja huma ogħla mill-medja. Kurrenti tar-riħ din id-darba ser jgħinu u mhux itellfu għax il-maltemp mhux ser jiġi min-naħa ta’ fuq tal- Italja iżda mil-Lbiċ.”