Saturday, November 23, 2024

Possibilità li t-tielet suspettat tal-qtil doppju f’Tas-Sliema ħarab minn Malta

Aqra wkoll

Maħruġ mandatt ta’ arrest Ewropew

Il-Pulizija Maltija bdiet il-proċess għall-ħruġ ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew sabiex jiġi intraċċat u sussegwentement miġjub lejn Malta t-tielet suspettat allegatament involut fil-qtil doppju li seħħ f’Tas-Sliema nhar it-18 ta’ Awwissu 2020.
Dan sar wara informazzjoni li tindika li t-tielet suspettat allegatament involut fil-każ ħarab minn Malta b’titjira lejn pajjiż li jinsab fiż-żona Schengen.
B’rabta ma’ dan il-każ il-Pulizija Maltija diġà ressqet żewġ persuni l-Qorti.

Sport